Kowċ Tal-Futbol Ta' 24 Sena Jitlef Ħajtu Waqt Il-Lockdown – X'Kienet Ir-Raġuni?

Kowċ tal-futbol f’saħħtu ta’ 24 sena, miet minn trombożi fil-vina wara li qatta’ l-lockdown jilgħab logħob tal-kompjuter. Louis O’Neill, 24, ġie mwaqqaf mix-xogħol f’Marzu minħabba l-Covid-19. Dan il-każ seħħ fir-Renju Unit.

Hu kien kowċ tal-futbol tajjeb u b’saħħtu iżda qatta’ l-illokkjar fil-pajjiż jilgħab diversi logħob. Missieru wissa dwar il-perikli ta’ inattività. Huwa qal li ibnu sofra embolu kkawżat mill-fatt li qatta’ ħafna ħin fuq il-kompjuter tiegħu.





Fuq il-midja soċjali s-Sur Greening kiteb: “Fit-3 ta’ Ġunju ġrat xi ħaġa orribbli, l-agħar ħaġa immaġinabbli li tista’ tiġri lil żagħżugħ u l-agħar ħaġa immaġinabbli li tiġri lill-ġenitur. Ibni, l-għażiż Louis tiegħi, ħalliena.”

Missieru jwissu dwar dan. Hu jgħid li ż-żagħżugħ spiċċa fid-dinja tal-logħob biex jaħrab mir-realtà preżenti iżda ħadd ma jwissi liż-żagħżagħ dwar il-perikli li jistgħu jinħolqu.

Facebook / Stanley Greening



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI