Kristy Spiteri reġgħet qed tiġbed l-attenzjoni tal-pubbliku hekk kif għadha kif nediet verżjoni bil-pjanu tal-kanzunetta tagħha Heaven Sent, il-kanzunetta li wasslitha sat-tieni post fil-Malta Eurovision Song Contest 2025.
Il-verżjoni l-ġdida, aktar intima u minimalista, tenfasizza l-vuċi distintiva ta’ Kristy u tħalli lir-ruħ tal-kanzunetta toħroġ b’aktar intensità għand min jismagħha. Din l-interpretazzjoni turi l-versatilità tagħha bħala artisti u tkompli ssaħħaħ il-konnessjoni mal-pubbliku li diġà wera appoġġ qawwi waqt il-festival.
Żgur li Kristy tidher f’forma vulnerabbli u personali, filwaqt li din is-silta serview ukoll bħala ringrazzjament lill-partitarji kollha li ssapportjawha tul il-vjaġġ tagħha fil-MESC. Minkejja li kienet mistennija tieħu sehem din is-sena, il-kantanta għażlet li ma tipparteċipax f’dan il-konkors u tiffoka l-enerġija tagħha fuq Mużika Mużika din is-sena.
Il-verżjoni bil-pjanu ta’ Heaven Sent issa hija disponibbli online, u min iħobb il-mużika emozzjonali ħa tinżillu għasel żgur.
Facebook / Kristy Spiteri