Iċ-ċkejkna Kate tistqarr li tħalliet emozzjonata bil-ġenerożità u l-qalb tad-deheb ta’ kuġintha li ħadet l-inizjattiva ssajjar il-cupcakes sabiex tbigħhom ħalli permezz tal-flus li taqla’ tkun tista’ tħallsilha parti mill-ispejjeż tat-terapija.
“Lili ma tatnix biss flus iżda wkoll tama, inkoraġġiment u mħabba,” stqarret iċ-ċkejkna fejn ħabbret li kuġintha tatha donazzjoni ta’ €200.
Filwaqt li kompliet tesprimi l-gratitudni tagħha għal dan il-ġest, iċ-ċkejkna tkellmet dwar kemm il-personalità twajba ta’ kuġintha u kemm tħossha xxurtjata li għandha lilha f’ħajjitha.
Prosit tassew!
Ritratti: Facebook / Kate: Writing My Story