“Kulħadd Jista’ Jaqa’ Imma L-Importanti Li Tinduna U Tkompli” – Christopher Il-Kaboċċ

Għalkemm lil Christopher il-Kaboċċ nafuh idaħħaq fuq il-midja soċjali, din id-darba xtaq jgħaddi messaġġ ta’ motivazzjoni.

Hu żvela lil Gwida.mt: “Jien inżilt 40 kilogramma u dawn l-aħħar xahrejn u nofs bdejt nitraskura u tlajt 7 kilogrammi. Issa ħa nerġa’ nibda u nixtieq inqajjem motivazzjoni fin-nies li kulħadd jista’ jaqa’. Imma l-importanti li tinduna u tkompli.”





Christopher qal ukoll lil Gwida.mt li kull nhar ta’ Ġimgħa se jibda jintiżen live fuq il-paġna tiegħu fuq Facebook. Awguri Kaboċċ! Titħajjar tarah u tagħmillu kuraġġ?

Facebook/Christopher il-Kaboċċ



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI