Illum jiċċelebra għeluq sninu l-preżentatur lokali Dorian Cassar li qed narawh fuq it-televiżjoni permezz tal-programm Il-Kliem Bħaċ-Ċirasa fuq ONE, minbarra li nisimgħu l-vuċi tiegħu fuq 92.7FM. F’dan il-jum għażiż Dorian iħalli messaġġ ħelu, messaġġ fejn jirrifletti fuq is-snin li għaddew, snin li servewh bħala tagħlima.
Hu jaqsam ritratt minn barra minn xtutna fejn jikteb, “L-ewwel wieħed ta’ 45! Kull ġurnata kienet esperjenza u ma’ kull min iltqajt f’dan il-vjaġġ, kien tagħlima. Grat għal dawn il-barkiet kollha!”
Ir-raġel tiegħu Paul, ukoll ħallielu messaġġ ħelu sabiex jawguralu f’dan il-jum għażiż. Paul jiktiblu, “Awguri ta’ għeluq sninek lir-raġel li b’xi mod jirnexxielu jilbes tant kpiepel… preżentatur tat-TV u tar-radju, sid u maniġer ta’ boutique hotel, sommelier, student full-time tal-master’s, missier kburi tal-qtates, u fl-aħħar iżda żgur mhux l-inqas, żewġi. Xi drabi (jew aħjar ngħid, ħafna mill-ħin) iġġennini — imma ma nixtieqx li jkun mod ieħor.”
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu l-isbaħ xewqat u nittamaw li jkollu jum mimli b’dak kollu li tixtieq qalbu. Awguri Dorian, għal aktar snin ta’ saħħa, hena u suċċess.
Facebook / Dorian Cassar