Il-Ġimgħa li għaddiet, Ira Losco kienet waħda mill-mistednin fuq Serataron.
Ftit tal-ħin ilu tefgħet post fuq il-paġna tagħha fejn irrakkontat dwar l-esperjenza tagħha għal kull meta tkun mistiedna fuq xi programm. Ira qalet li hija ħaġa stressanti biex tissetja lit-tfal, biex tlesti u biex tasal għall-programm fil-ħin minħabba li tkun ħalliet lit-tfal żgħar warajha.
Għalkemm issib din il-ħaġa bħala waħda stressanti, Ira ammettiet li ladarba tasal għall-programm verament tieħu gost.
View this post on Instagram
Hi żiedet li l-ewwel sena li jkollok tarbija jaf tkun waħda ta’ sfida għax taffettwalek il-ħajja soċjali, is-saħħa mentali u anke jaf tkun ta’ test għar-relazzjoni li tkun fiha.
Instagram / Ira Losco