“Kull Mument Jibqa’ Parti Mill-Istorja Tagħna, U Kull Esperjenza Tifforma Dak Li Aħna Llum” – Kurt Calleja

Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu, il-kantant lokali tant maħbub Kurt Calleja, qasam mas-segwaċi tiegħu kelmtejn ta’ riflessjoni u apprezzament lejn kull mument tal-ħajja.

Hu spjega, “Sib xi ftit ħin (anzi, agħmel il-ħin) biex tirrifletti fuq dawn l-aħħar ftit jiem, ġimgħat, xhur, u snin li għaddew. Ngħaddu minn tant mumenti sbieħ u koroh f’ħajjitna, li impossibbli biex nibqgħu niftakru kull wieħed u waħda minnhom. Imma kull mument jibqa’ parti mill-istorja tagħna, u kull esperjenza tifforma dak li aħna llum. Prattikaw il-gratitudni kuljum.”



Tassew huwa importanti li niftakru dawn il-kelmtejn u nirriflettu fuq kull mument tal-ħajja, li tajjeb jew sabiħ, wassalna fejn qegħdin illum. Nirringrazzjawh ta’ dan il-messaġġ.





Ritratti:

Facebook / Kurt Calleja

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI