Fgura United F.C. qasmu storja mill-isbaħ fuq il-midja soċjali. Mason, tifel li wara li tilef lin-nannu tiegħu, ġie mnebbaħ li jgħin lil tfal u pazjenti oħra.
“Tliet snin ilu, in-nannu ta’ Mason miet bil-kanċer. Mason kien viċin ħafna tiegħu. Għal xahrejn, kuljum wara l-iskola, kienu jqattgħu madwar ħames sigħat fil-kamra ħdejn xulxin. L-istaff kien iħobbu ħafna lil Mason u kien iħobb li jkun hemm magħhom. Minn mindu miet nannuh, kull sena Mason jagħżel li jagħmel cupcakes tal-vanilla, il-favoriti ta’ nannuh, u jqassamhom lill-pazjenti u lill-istaff tas-sala.”
Prosit kbira Mason! Jalla jkun hemm aktar tfal li jaħsbu daqstant f’ħaddieħor!