Illum qed jiċċelebra għeluq sninu Carlos DeBattista, wieħed mill-imħuħ wara Take2 u diversi produzzjonijiet lokali inkluż Min Imissu? Ma setax jonqos li f’dan il-jum oħtu Andreana tħallilu messaġġ mill-qalb!
Hi tiktiblu, “Carlos Debattista taf kemm inħobbok? L-aqwa ħija l-kbir… kull sena nasal biex nikteb post sabiħa biex nesprimi kemm int prezzjuż għalija! Awguri f’għeluq sninek! Inti ġenju miġnun! Forsi xi darba tinduna x’rigal kbir int għall-pjaneta! Inħobbkok immensament.”
Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawgurawlu l-isbaħ xewqat f’dan il-jum speċjali u nittamaw li jkollu sena mimlija hena u kuntentizza.