Il-paġna Dar L-Annunzjata esprimiet ir-ringrazzjament tagħha lejn Paul Tanti għall-impenn u d-dedikazzjoni tiegħu lejn il-komunità tagħhom.
Skont id-dar, persuni bħalu “jġibu ħafna ħajja u ferħ” permezz tal-ġenerożità tagħhom u r-rieda li joffru l-ħin tagħhom b’mod volontarju.
“Kull sena, Pawlu jiddedika l-ħin u l-isforz tiegħu biex iħejji u jżejjen id-dar għall-Ġimgħa Mqaddsa, u joħloq wirja sabiħa li tista’ tiġi apprezzata minn kull min iżurha.”
Dar L-Annunzjata rringrazzjat lil Paul tal-kontribut tiegħu u faħħritu għall-ħidma kontinwa tiegħu.