Kull Xahar Tista’ Tirbaħ €1,000 F’Vawċers Ma’ Malta Public Transport

Ta’ kull xahar, Malta Public Transport qed torganizza lotterija bi premju ta’ xejn inqas minn €1,000 f’vawċers One4All sabiex tħeġġeg aktar nies jagħmlu użu mit-trasport pubbliku u fl-istess waqt tippremja lil dawk li ta’ spiss jagħmlu użu minnu.
Is-Sur Peter Bonello hu r-rebbieħ tax-xahar ta’ Awwissu 2023, filwaqt li s-Sinjura Maria Paula Perilla Cardenas hija r-rebbieħa tax-xahar ta’ Settembru. Il-lotterija ta’ Awwissu qed titħabbar issa hekk kif Malta Public Transport organizzat sabiex il-premju għar-rebbieħ ta’ Awwissu, li ġej mill-Qala, Għawdex, ikun jista’ jsir Għawdex stess.
Biex tieħu sehem hu vera faċli u ma jirrikjedi xejn ħlief li tagħmel użu mit-trasport pubbliku b’xejn. Dan għaliex ma’ kull 10 vjaġġi b’xejn tat-trasport pubbliku li jsiru matul l-istess xahar awtomatikament jiġi ġġenerat biljett wieħed diġitali għal kull persuna. B’hekk tkun fiċ-ċans li tirbaħ il-premju ta’ €1,000 f’vawċers.
Il-lotterija tittella’ kull tieni Tnejn tax-xahar bix-xorti, u r-rebbieħ imbagħad jiġi kkuntattjat mit-tim ta’ Malta Public Transport u jiġi mistoqsi mistoqsija faċli u ta’ għarfien ġenerali. Ladarba r-rebbieħ iwieġeb il-mistoqsija b’mod korrett u jaqbel mat-Termini u l-Kundizzjonijiet tal- kompetizzjoni, ir-rebbieħ ikun ippreżentat b’sett ta’ One4All vawċers li b’kollox jiswew €1,000. Din il-lotterija se tibqa’ fis-seħħ sa Diċembru 2023.
Biex tara n-numru attwali ta’ e-tickets li għandek, kull ma trid tagħmel hu sempliċiment tidħol fuq it-Tallinja App installata fuq il-mowbajl tiegħek. Dawk li m’għandhomx l-app xorta waħda se jkunu reġistrati fis-sistema u eliġibbli biex jipparteċipaw fil- lotterija, madankollu l-klijenti huma mħeġġa jniżżlu l-app b’xejn biex iżommu kont ta’ kemm ikun ġabru biljetti matul dax-xahar.
M’hemm l-ebda limitu għan-numru ta’ biljetti li jistgħu jinħarġu għal kull parteċipant fix-xahar. Għalhekk iktar ma tivvjaġġa iktar tkun qed tiġbor biljetti u ttejjeb iċ-ċans li tirbaħ! Għal aktar informazzjoni, inklużi t-Termini u Kundizzjonijiet, wieħed jista’ jżur hawn.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI