Il-kantanta Celine Agius kontinwament taqsam mas-segwaċi tagħha ħsibijiet relatati mal-ambizzjonijiet tagħha, u dak li qed timmira li tasal għalih. Celine qed tistinka biex dejjem tkun aħjar mill-bieraħ, u mhux kif ħafna jinteressahom biss, biex ikunu aħjar minn ħaddieħor.
“Kultant kulma naraw huma dawk li huma aħjar minna… imma ma nirrealizzawx il-qawwa ġo fina li biha konna aħjar… li biha qomna minn mal-art u bdejna mill-ġdid…” Fil-messaġġ li kitbet illum tgħid li qatt m’għandna ninsew kemm konna b’saħħitna biex għamilna progress, u mhux inħarsu biss lejn dak li fadal. Kultant il-bniedem moħħu wisq f’min hu aħjar minnu, u ta’ dan jispiċċa jħossu moralment ħażin.
Celine tindirizza lil kull min qed jaqra l-messaġġ tagħha u tħeġġeġ biex wieħed ma jħossu qatt inutli. Tikteb biex persuna ma taqtax qalbha u temmen li għad hemm tama biex tkun aħjar mil-bieraħ.
Prosit Celine ta’ dawn il-pariri! Ma stajtx tkellimt aħjar!