"Kultant Insibuha Diffiċli Biex Nirrealizzaw Kemm Infissru Għal Xi Ħadd…" – Ivan Grech

Il-kantant lokali Ivan Grech qasam ħsieb dwar il-fatt li lkoll kemm aħna għandna xi ħaġa speċjali fina, li għandna napprezzaw. Xi ħaġa speċjali fina li ħaddieħor kapaċi japprezza wkoll.

“Aħna lkoll speċjali bil-mod tagħna… Kultant insibuha diffiċli biex nirrealizzaw kemm infissru għal xi ħadd… Kultant insibuha diffiċli biex nesprimu kemm xi ħadd ifisser għalina wkoll… Nibżgħu li nkunu mifhuma ħażin…”

Ivan ikompli jikteb kemm bħala bnedmin kultant nispiċċaw nibżgħu li ma niġux aċċettati. Prosit Ivan, messaġġ pożittiv li kapaċi jgħin lil dak li jkun li għaddej minn żmien ta’ inċertezzi.





Facebook/ Ivan Grech



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI