“Kultant Ngħid Iva L-Mirakli Vera Jeżistu Għaliex Suppost Ilni Li Tlaqt” – Bjorn Formosa

Fir-rivista tax-xahar ta’ Settembru, kellna ċ-ċans li nitkellmu ma’ Bjorn. Bjorn kulħadd jafu għad-determinazzjoni tiegħu u donnu ma jaqta’ qalbu minn xejn. Tista’ tgħid għamel l-impossibbli u jibqa’ għaddej bil-ħidma minkejja l-isfidi kollha li jiltaqa’ magħhom. Staqsejna lil Bjorn jekk jemminx fil-mirakli u din kienet ir-risposta tiegħu.

Hu jgħid, “Illum il-ġurnata bl-affarijiet kollha li ġraw, biċ-ċirkostanzi li naffaċċja, kultant ngħid iva l-mirakli vera jeżistu għaliex suppost ilni li tlaqt. Ġraw affarijiet vera inkredibbli biex bqajt miexi bil-proġett u rċevejt għajnuna straordinarja mingħand ċertu nies li ma tkunx qed tistennieha u ssib għajnuna biex timxi ’l quddiem. Iva l-mirakli jeżistu.”

It-tieni Dar Bjorn tinsab fil-viċin iżda l-ħidma tibqa’ għaddejja u b’hekk ħa tkun qed issir il-maratona ġbir ta’ fondi.





L-intervista kompluta ġiet ippublikata b’mod esklussiv fuq ir-rivista tagħna GWIDA fix-xahar ta’ Settembru. Il-GWIDA toħroġ kull l-ewwel Ħadd tax-xahar.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI