The Convention on International Trade in Endangered Species of Wild Fauna and Flora jew kif inhi aħjar magħrufa, CITES, hija trattat multilaterali li ġiet iffurmata biex tirregola l-kummerċ t’annimali u pjanti li qegħdin f’riskju ta’ estinzjoni fis-salvaġġ, bħal per eżempju l-pappagall Afrikan griż.

Ħafna nies huma żbaljati meta jaħsbu li s-CITES tikkonċerna biss annimali eżotiċi bħal tigri jew orsijiet, jew partijiet mill-ġisem ta’ annimali bħal dawn, fosthom nejbiet tal-iljunfanti u qrun tar-rinoċeronti.
Bosta speċi ta’ annimali domestiċi, bħall-fkieren, pappagalli u l-għasafar tal-priża jaqgħu taħt il-lista ta’ CITES.
Hemm ukoll; ikel bħall-kavjar, ċertu injam ta’ kwalità għolja użat fl-għamara jew fl-istrumenti mużikali bħal rosewoods u ċerti mahoganies, il-ġilda ta’ speċi ta’ annimali bħall-alligaturi, speċi ta’ kakti, u diversi estratti tal-pjanti użati fil-manifatturi kożmetiċi, supplimenti tas-saħħa u pilloli tad-dieta.
Dawn jeħtieġu kontrolli ta’ konformità u awtorizzazzjonijiet minn qabel, speċjalment meta jiġu importati minn barra l-Unjoni Ewropea.
Dawk l-ispeci li jaqgħu taħt Annex A tal-Konvenzjoni tas-CITES u EU Wildlife Trade Regulations, irid ikollhom Article 10 Certificate (ċeritifikat isfar). Dan iċ-ċertifikat ikun qisu karta tal-identità, bid-dettalji tas-sors minn fejn ġej, u juri li dan ġej minn sors legittimu. Tajjeb ngħidu li huwa ċertifikat li ma jinħariġx b’lura.
Jekk l-ispeci ma jkollux ċertifikat, it-transazzjoni tkun qed issir b’mod illegali, kemm min-naħa tal-bejjiegħ kif ukoll min-naħa tax-xerrej.

ERA tixtieq tieħu din l-opportunità biex tavża lill-pubbliku li t-Tlieta 23 t’April fis-19:00 se jkun hemm laqgħa ġewwa Hexagon House, mas-sidien tal-ħwienet tal-annimali. Jekk ikun hemm bżonn ta’ aktar informazzjoni wieħed għandu jikkuntattja lil ERA fuq info@era.org.mt jew 2292 3500
