Kumpanija Ċiniża Tintrodċi “Unhappy Leave” – Jekk M’Intix Tħossok Tajjeb Emozzjonalment, Aħjar Tibqa’ d-Dar!

Kumpanija Ċiniża ġibdet l-attenzjoni wara li introduċiet dak li hu msejjaħ “Unhappy Leave”, li tippermetti lill-impjegati ma jmorrux għax-xogħol jekk iħossuhom mhux kuntenti jew stressjati.

L-għan ta’ din l-inizjattiva hu li tingħata prijorità lis-saħħa mentali tal-ħaddiema, b’messaġġ ċar mill-maniġment, jekk impjegat mhux f’qagħda emozzjonali tajba, aħjar jieħu jum mistrieħ milli jġorr l-istress fuq il-post tax-xogħol.

Filwaqt li ħafna faħħru din il-miżura bħala waħda progressiva, oħrajn staqsew kemm hi realistika fit-tul. Madankollu, esperti jsostnu li appoġġ bħal dan jista’ jnaqqas burnout u jtejjeb il-produttività.

Din l-idea qed tqajjem diskussjoni usa’ dwar jekk il-benesseri emozzjonali għandux jitqies bħala parti essenzjali mill-kultura moderna tax-xogħol.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI