Kumpanija Maltija Tiġi Nominata Għal Premju Prestiġjuż Għax-Xogħol Li Għamlet F’Sensiela Ta’ Netflix

Kumpanija Maltija tal-midja ġiet nominata sabiex potenzjalment tirbaħ premju prestiġjuż ferm fil-British Academy Awards bħala rikonoxximent tax-xogħol li għamlu fejn jidħlu effetti speċjali, viżwali u grafiċi fuq serje ta’ Netflix li ġġib l-isem ta’ Black Mirror.



Il-kumpanija Maltija Stargate Studios stqarret fuq il-midja soċjali li tinsab kburija ferm li hi fost in-nominati għal dan il-premju li jġorr miegħu tant prestiġju. Fissru kif fuq kollox jinsabu kuntenti li b’xogħolhom qed ikomplu jagħmlu ġieħ lill-isem Malti.



Is-sena l-oħra l-istess kumpanija tal-midja ġiet ukoll nominata għall-Emmy Awards li jsiru fl-Amerka.



Prosit tassew!

Ritratti:

Facebook / Netflix u Ninja Theory

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI