FinanceBuzz qed ifittxu li jimpjegaw nies biex jaraw 13-il film tal-biża’ u jħallsuhom $1,300 talli jagħmlu dan.
“Qegħdin infittxu lil xi ħadd biex nirrekordjaw r-rata tal-qalb tagħhom waqt li jaraw 13 mill-aktar films tal-biża’ li qatt saru. Se tinuża Fitbit biex jirreġistra r-rata tal-qalb tagħhom. Aħna nħallsu lill-impjegat $1,300,” qalet il-kumpanija.
Mit-tipi differenti kollha ta’ films murija fiċ-ċinema, il-films tal-ġeneru tal-orrur huma l-aktar profittabbli, irrispettivament mill-baġit stabbilit biex jiġu ffilmjati.
Din hi l-lista tal-films f’dan l-esperiment:
- Saw
- Amityville Horror
- A Quiet Place
- A Quiet Place Part 2
- Candyman
- Insidious
- The Blair Witch Project
- Sinister
- Get Out
- The Purge
- Halloween (2018)
- Paranormal Activity
- Annabelle