Bħalissa għaddejja l-maratona b’risq il-Fondazzjoni Nazareth u lkoll kemm aħna nistgħu ngħinu permezz ta’ telefonata. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Marica Cassar ħeġġet lis-segwaċi tagħha biex jgħinu fejn qalet, “Kun ġeneruż u agħti d-donazzjoni tiegħek … segwi l-maratona fuq l-istazzjonijiet viżivi u kompli l-legat tant sabiħ li ħalla Dun Anġ Seychell … Aħna ninsabu hawn u int se tkun magħna bid-donazzjoni tiegħek.”
Fost ħafna oħrajn marret iżżurhom l-Eċċelenza tagħha l-President Ta’ Malta Myriam Spiteri Debono, fejn it-tim tal-paġna tagħha qalu, “L-E.T. il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret il-maratona li qed issir illum, b’risq il-Fondazzjoni Nazareth. F’kelmtejn, il-President appellat biex kull min jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu biex Dun Anġ Seychell jibqa’ mfakkar. Hija qalet illi l-aqwa apprezzament li nistgħu nagħtu lil Dun Ang huwa billi nkunu ġenerużi, u ħeġġet biex is-somma li tinġabar tkun waħda rekord u akbar mill-ġabriet li saru s’issa.”
Facebook/Fondazzjoni Nazareth