"Kun Sodisfatt Li Kont U Ħriġt Mill-Battalja…" – Vanessa, Omm Emily Tfakkarna Ħsieb Pożittiv Ferm

Vanessa, mm iċ-ċkejkna Emily li ħalliet lil din id-dinja ftit tal-jiem ilu wara battalja kemxejn twila taqsam ħsieb pożittiv ferm mill-paġna Ġmiel Il-Pinna Maltija. Paġna li taqsam ħsibijiet, lirika u frażijiet sbieħ bil-Malti.





“Kun sodifatt li kont u ħriġt mill-battalja, anke jekk ma kellekx ir-rebħa li tant xtaqt.” Hekk tgħid din il-kwotazzjoni, kwotazzjoni li tfakkarna li kull ħaġa fil-ħajja fiha żewġ naħat ta’ kif tħares lejn is-sitwazzjoni.

Importanti li wieħed dejjem iżomm pożittiv u minkejja l-isfida li jiġu preżentati quddiema, wieħed jipprova jibqa’ fiduċjuż. Prosit ta’ dan il-ħsieb li qsamt Vanessa, żgur li hawn ħafna nies li għaddejjin minn xi battalja jew oħra u ħsieb pożittiv kapaċi jnissel tbissima fuq wiċċ dak li jkun.

Facebook / Vanessa Gatt



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI