Kunsillier Minn Ħaż-Żebbuġ Jieħu 4 Ħaddiema Somali Jieklu B'Radd Ta' Ringrazzjament

Attur Malti, Thomas Camilleri ħareġ id-differenza li ħadu żewġ politiċi lokali fil-kwistjoni tal-immigranti f’pajjiżna. L-attur fuq Facebook faħħar lill-kunsillier lokali indipendenti f’Ħaż-Żebbuġ Steve Zammit Lupi għall-ġest mill-isbaħ tiegħu tiegħu.





Il-kunsillier bagħat ritratt fuq grupp privat ta’ Facebook ma’ erba’ ħaddiema mis-Somalja li jieħdu ħsieb l-indafa ġo Ħaż-Żebbuġ, hu ħadhom jieklu pizza b’radd ta’ ringrazzjament għal xogħolhom.

L-attur jistqarr, “Grazzi Steve, talli tajtni t-tama li għad hemm nies diċenti li lesti li jaħdmu għall-kariga.” Ġest mill-isbaħ Steve, nittamaw li aktar jimxu fuq l-eżempju tiegħek u japprezzaw ix-xogħol li jagħmlu tant u tant nies.

Facebook / Steve Zammit Lupi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI