Kurt Calleja Jiddeċiedi Li Jieħu Pawsa Mill-Midja Soċjali

Il-kantant Kurt Calleja ta aħbar lis-segwaċi tiegħu li probabbilment ma tantx ħadu gost biha. Fil-post kiteb li ddeċieda li jieħu pawsa mill-midja soċjali għax ilu attiv għal dawn l-aħħar snin.

View this post on Instagram

A post shared by Kurt Calleja (@kurt_calleja) on Aug 20, 2019 at 8:58am PDT

Aħna nifhmu lill-kantant perfettament għax xi kultant ikollok bżonn pawsa minn dak li tkun qed tagħmel ta’ kuljum. Fl-istess ħin, li tieqaf minn xi ħaġa li tkun ilek tagħmilha għal snin twal hija xi ħaġa pożittiva anke fuq livell personali. Aħna ninsabu żguri li fil-futur qarib se nerġgħu naraw lil Kurt lura fuq il-midja soċjali b’kontenut aqwa u aħjar.

Fuq nota oħra, nistgħu nsemmu li riċentament, Kurt ħareġ kanzunetta ġdida, flimkien ma’ vidjow mużikali, li ġġib l-isem ta’ ‘Sweet Chili.’ Il-lirika ta’ din il-kanzunetta allegruża hi ta’ Kurt Calleja nnifsu, flimkien ma’ Matthew Muxu Mercieca u Gas Incataciato.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI