Il-popstar maħbuba Kylie Minogue se tirritorna lura lejn art twelidha, l-Awstralja. Hi ilha tgħix fir-Renju Unit għal 30 sena, u t-trasferiment tagħha ma niżlitx tajjeb mas-segwaċi Ingliżi tagħha hekk kif esprimew li se jimmisjawha.
Din is-sena, meta hi kienet l-Awstralja għal perjodu estiż minħabba restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, sabet l-ħin biex taħseb dwar fejn trid tkun ibbażata.
Bħal bosta artisti hi tqatta’ ħafna minn ħajjitha tivvjaġġa u għalhekk ma tantiċipax li din hija bidla maġġuri għaliha peress li hi qatt ma tkun f’post wieħed għal żmien twil.
Il-perjodu tal-Covid taha ħafna ħin biex taħseb dwar il-futur tagħha u trid tqatta’ aktar ħin mill-familja tagħha u għalhekk se tuża l-Awstralja bħala l-bażi tagħha.