Ftit jiem ilu tħabbret il-mewt ta’ Alphonse Farrugia fuq il-paġna Alfsons Enterprises, fejn it-tim iddeskrivieh bħala, “pilastru tal- familja, nistgħu ngħidu missier li għamel ħafna ma wliedu u martu, kif ukoll ma’ nies li fittxew jew kellhom bżonn xi għajnuna.”
Illum ser tkun qed tingħata l-aħħar tislima lil Fonsu. Kif ħabbru t-tim ta’ Alfsons Enterprises, “Minħabba ċ-ċirkostanzi tal-Covid 19, hawn taħt tistgħu ssibu ħolqa biex taraw il-funeral ta’ Alphonse (Fonzu). L-istreaming se jibda fit-15:00.”
Biex issegwi ċ-ċelebrazzjoni ta’ ħajjet Fonsu tista’ tagħfas HAWN jew mill-paġna ta’ Facebook taħt.