L-Aħħar Tislima Lil Sunta Tal-Għarb Se Tingħata Dalwaqt

Ftit tal-jiem ilu ħallietna l-Għawdxija Sunta Apap, magħrufa aħjar bħala Sunta tal-Għarb. Peress li Sunta kienet devota kbira tal-Madonna ta’ Pinu u Frenċ tal-Għarb, l-aħħar tislima tagħha se tingħata llum fit-3:30pm f’Ta’ Pinu. 

Il-Kunsill Lokali tal-Għarb qal li Sunta kienet “Mara li kienet kenn għal ħafna fis-sempliċità tagħha u dejjem disponibbli għal dawk li xtaqu jżuru u jitolbu fid-dar ta’ Frenċ. Ħafna nies fittxewha matul ħajjitha u se jibqgħu ifittxuha issa wara l-mewt tagħha.”





Strieħ fis-Sliem għażiża. 

Facebook/Kunsill Lokali Għarb



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI