Sena ilu, l-istilista Herman Vassallo għex ġurnata li ma jinsa qatt. Fuq il-profil tiegħu tella’ filmat li wieħed jista’ jarah HAWN u kiteb, “Illum sena ilu, 16 ta’ Lulju tal-2019 il-kanċer ħadk ‘l bogħod. L-agħar jum ta ’ħajti huwa meta ħallejtni.”
Hu jkompli jgħid, “Ninsab ċert li qed tistrieħ issa. Irrid ngħidlek grazzi talli għamiltni min jien u nispera li tara dan il-filmat u jġiegħlek titbissem. Nispera li int kuntenta b’ħajti, urejtni l-imħabba li ssagrifikajt. Jiena fil-paċi ma’ kull għażla li għamilt u kif inbidilt tul it-triq. Kawża naf li int emmint fil-ħolm kollu tiegħi u nirrispetta dan kollu lilek. Nimmisjak.”
Kuraġġ Herman. Ninsabu ċerti li qiegħda ssegwik u tiggwidak minn hemm fuq.
Facebook / Herman Vassallo