L-Assoċjazzjoni għall-Annimali Abbandunati għadha kemm ippubblikat post dwar Harry, kelb tar-razza Husky, li sfortunatament ma kienx fi stat tajjeb xejn.
“Inlaqqgħukom ma’ Harry – Husky li kien jistħoqqlu aħjar. Dan is-sabiħ huwa Harry, l-aktar salvataġġ riċenti tagħna. Innutajna mill-ewwel li kien qed jimxi ħażin, allura ħadnieh malajr għand il-veterinarju. L-aħbar kisritilna qalbna. Harry għandu ħsara serja fil-ligamenti u fl-għadam u se jkollu bżonn operazzjoni maġġuri. Trauma kbira f’siequ. Hi ħafna agħar milli tidher.”
Jinsabu inkwetati u indeċiżi dwar jekk imexxux bl-operazzjoni għar-raġuni li tant hi waħda serja, li m’hemmx garanzija li tirnexxi.
Jekk jogħġbok uri l-appoġġ lejn dan is-santwarju b’donazzjoni permezz ta’ Paypal fuq info@aaamalta.com – jew permezz ta’ BOV Mobile fuq 7973 0921