“L-Aħħar Ritratt Li Ħadt Bilwieqfa. Dak Iż-Żmien Ma Kellix Idea Xi Tfisser L-ALS” – Bjorn Formosa

“Dan l-aħħar ritratt li ħadt bilwieqfa,” beda Bjorn Formosa fuq il-midja soċjali. “Konna qegħdin fuq cruise mal-ħbieb tiegħi. Proprju ftit qabel kont skoprejt li għandi l-ALS.”

“Dak iż-żmien ma kellix idea xi tfisser! Kont skoprejt għax kont qed naqa’ ta’ spiss. Saqqajja bdew iċedu u ma stajtx nibqa’ bilwieqfa. Wara li għamluli d-dijanjosi, għamilt diversi riċerki fuq il-kundizzjoni u skoprejt li bil-mod il-mod ser nibda nitlef l-aċċess tal-muskoli tiegħi kollha,” żvela hu. 





“Illum il-ġurnata ddedikata għall-mard rari. Bħalissa f’Malta qed insibu madwar 30 pazjent fis-sena bl-ALS. Dawn b’xi mod jew ieħor qed jieħdu l-għajnuna minn DAR Bjorn. Din id-dar qiegħda hemm biex tgħin lil dawn il-persuni kif ukoll oħrajn li jbatu minn mard newreloġiku ieħor.”

Kuraġġ Bjorn u grazzi talli int ta’ għajnuna għal dawk kollha li jbatu minn din il-marda rari. 

Facebook/Bjorn Formosa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI