“L-Aktar Knisja Mimlija B’Tiżjin Dekorattiv Tal-Milied, B’Medda Ta’ 618-Il Metru.” – The Malta Records

Fuq il-mezzi soċjali l-paġna lokali The Malta Records qasmu rekord mill-isbaħ! Huma kitbu, “The Malta Records ilbieraħ filgħaxija kellna stedina mill-isbaħ ġewwa knisja parrokkjali fejn ippreżentajna rekord nazzjonali ġdid fil-gżejjer Maltin.”



Ma’ dan żiedu jispjegaw, “L-aktar knisja mimlija b’tiżjin dekorattiv tal-Milied, b’medda ta’ 618-il metru. Dan ir-rekord ġdid ġie mwaqqaf mill-Kummissjoni Armar tal-Knisja Gżira ġewwa l-Knisja Parrokkjali Madonna tal-Karmnu, il-Gżira.”



Huma jkomplu, “Kienu waqtiet ħelwin ma’ dan il-grupp li jaħdem sena sħiħa sabiex iżejjen it-tempju t’Alla mill-aħjar li jista’. Permezz ta’ dan ir-rekord, dan il-grupp qed jagħti sinjal ċar li d-dar t’Alla trid tiġi meqjuma bil-preżenza ħajja tan-nies.”

Prosit tassew! Ħidma mill-isbaħ!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI