"L-Aktar Parti Sħuna Ta' Dan Is-Sajf" – Lestu Ruħkom!

Illum għandna aħbar tajba, aħbar tajba kemm għal dawk li jħobbu s-sħana u anke għal dawk li ma tantx iħobbu dan it-temp. Għaliex? Faċli ħafna. Dawk kollha li jħobbu s-sħana l-ġimgħa li ġejja ħa tkun “l-aktar parti sħuna tas-sajf.” Dan ġie rrappurtat fuq il-paġna, It-Temp Madwarna fejn kitbu li dan qed jiġi kkawżat minn “pressjoni għolja Afrikana u massa t’arja sħuna tiksi l-Mediterran kollu.”





Dan ħa jdum tul l-aħħar jiem ta’ Lulju u l-ewwel ftit jiem ta’ Awwissu. Probabbli qed tistaqsu fejn hi l-aħbar it-tajba għal dawk li mhux daqstant iħobbu dan it-temp, din tinsab fl-istess frażi. Dan għaliex jekk din ħa tkun l-aktar parti sħuna tas-sajf, dan ifisser li ma għandnix nerġgħu nesperjenzaw sħana bħal din!

Chris Dimech – Facebook / It-Temp Madwarna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI