“L-Annimali Mhux Biss Jgħixu Fi Djarna… Ifejqu Partijiet Minna… L-Imħabba Tagħhom Hi Sempliċi, Pura, U Mingħajr Kundizzjonijiet.” – Melanie Kelly

Melanie Kelly

Il-preżentatriċi lokali Melanie Kelly qasmet messaġġ dwar l-imħabba speċjali u unika li jagħtuna l-annimali fil-ħajja tagħna.

F’messaġġ li mess il-qlub ta’ ħafna, hi kitbet kif l-annimali mhux biss jgħixu fid-djar tagħna, iżda għandhom ukoll il-qawwa li jfejqu partijiet fina li jkollhom bżonn sostenn.

“L-imħabba tagħhom hija sempliċi, pura u mingħajr kundizzjonijiet,” kitbet Melanie, filwaqt li sostniet li f’dinja li ħafna drabi tħossha mgħaġġla u mimlija pressjoni, l-annimali jfakkruna biex nikkalmaw u nħobbu b’mod ġentili.

Il-kliem tagħha wassal messaġġ sabiħ dwar il-konnessjoni profonda bejn il-bniedem u l-annimali, waqt li qasmet ritratti li juru kemm hi qawwija mħabbitha għal dawn il-ħlejjaq innoċenti.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI