Il-kantant, kompożitur u produttur lokali aktar kmieni llum qasam ħsieb importanti, ħsieb li żgur jaf ikun ta’ kuraġġ lil dawk kollha li jbatu bl-ansjetà f’ħajjithom. Dominic jikteb dak li sar jagħmel illum il-ġurnata biex jirbaħ fuq din l-isfida f’ħajtu.
Hu jgħid, “Illum il-ġurnata sirt nimxi ġurnata b’ġurnata u mhux kif kont qabel naħseb ħafna x’jista’ jiġri għada. L-ansjetà ġġiegħlek taħseb ħafna u tinkwieta x’jista’ jiġri anke snin oħra u tibda tħossok nervuż, imwarrab minn kulħadd, ma torqodx, tħossok għajjien. Aħseb biss fuq illum. X’jista’ jiġri għada, Alla biss jaf!”
Dan żgur parir mill-qalb li wieħed ta’ min joqgħod fuqu. Min għandu bżonn l-għajnuna tajjeb li jirrikorri għaliha u ma jiddejaqx. Wieħed jista’ jċempel lil Richmond Foundation fuq 1770 u jsib l-għajnuna meħtieġa. Ħudu ħsieb!
Facebook / Dominic Cini