Il-Public Broadcasting Services ħabbru li se jerġgħu jiftħu l-applikazzjonijiet għall-Malta Eurovision Song Contest hekk kif il-PBS se torganizza l-konkors tal-2022.
22 kanzunetta se jieħdu sehem fis-semifinali filwaqt li għal;-finali se jkun hemm 16-il kanzunetta. Ir-rebbieħ se jkun qed jirrapreżenta lil Malta fil-Eurovision li jmiss li se sjri ġewwa Turin, l-Italja.
L-applikazzjonijiet li huma miftuħa, jagħlqu fil-15 ta’ Diċembru u jistgħu jitniżżlu minn tvm.mt/maltaeurovision.