Il-fergħa tal-APS f’Raħal Ġdid ġiet magħluqa llum l-Erbgħa, 14 t’Ottubru bħala miżura ta’ protezzjoni wara li impjegat (li ma daħalx xogħol illum) ġie ttestjat pożittiv għall-Covid-19. Il-fergħa ser tibqa’ magħluqa s’għada 15 t’Ottubru.
APS fuq il-paġna tagħhom qalu li ser jittieħdu miżuri biex jassiguraw is-saħħa tal-impjegati u l-klijenti tagħhom. Il-miżuri kollha ttieħdu skont l-Awtoritajiet tas-saħħa filwaqt li skużaw ruħhom għal kull inkonvinjent.