"L-Arċikonfraternita' Ta' San Ġużepp Issellem Lil Joseph Vassallo Magħruf Fostna Bħala Ġużu." – Strieħ Fis-Sliem

Ġużu miet illum wara nofsinhar fl-età ta’ 68 sena. Kien devot kbir tal-Patrijarka San Ġużepp u kemm-il darba bħala Fratell refa’ fl-istatwa devota ta’ San Ġużepp fil-jiem tal-festa.

Hu kien hemm ta’ kontribut kbir għall-komunità Ġuċeppina tar-Rabat kif ukoll is-sehem u l-għajnuna kbira flimkien ma’ familtu għall-fraternita tal-Patrijiet Franġiskani. Ta’ kontribut ukoll ġewwa l-każin tal-Banda L’Isle Adam u l-kamra tan-nar 19 ta’ Marzu. Mill-paġni tagħna ngħatu l-kondoljanzi lil Martu Josephine, uliedu Olivianne, Charlot u Luke kif ukoll lil familja u l-qraba kollha tiegħu.

L-aħħar tislima lil Ġużu ser tkun Nhar is-Sibt 30 ta’ Ottubru 2021 fit-8:30am ġewwa l-Knisja Santa Marija ta’ Ġesù – Patrijiet Franġiskani – Rabat







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI