Il-paġna tal-Facebook tal-Arċidjoċesi ta’ Malta ħabbret li l-Arċisqof Charles Scicluna ta l-ħidma pastorali tal-Parroċċa ta’ Santa Marija ġewwa l-Imqabba lil Dun Martin Borg. L-Arċisqof irringrazzja ukoll lil Dun Blake Camilleri tal-ħidma tiegħu.
“L‑Arċisqof Charles Scicluna qed jafda l-ħidma pastorali tal-Parroċċa ta’ Santa Marija fl-Imqabba f’idejn Dun Martin Borg bħala l-kappillan ta’ din il-komunità, filwaqt li jirringrazzja lil Dun Blake Camilleri tal ħidma tiegħu bħala kappillan f’din il parroċċa. Nitolbu l-Ispirtu s-Santu biex imexxi lil Dun Martin f'din il-ħidma ġdida fdata lilu.”
Aħna mit-tim ta' Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Dun Martin Borg.
Parroċċi
Facebook / Archdiocese of Malta