Archdiocese of Malta qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward żjara li għamel l-Arċisqof Charles Scicluna riċentament.
Huma qalu, “L-Arċisqof Charles Scicluna żar l-Iskola Primarja Ġużè Ebejer ta’ Ħad-Dingli fil-Kulleġġ ta’ San Nikola, fejn ġie milqugħ minn sala mimlija studenti. Wara li kantaw xi innijiet, l-Arċisqof irringrazzjahom talli jitolbu bil-kliem tal-poeta nazzjonali Dun Karm permezz tal-Innu Malti kull filgħodu, tahom il-barka u ngħaqad magħhom fit-talb għall-paċi f’pajjiżna u fid-dinja kollha. L-Arċisqof iltaqa’ mal-ħaddiema tal-iskola u wara kellu ċ-ċans jitħaddet mal-istudenti tas-sitt sena. Dawn l-istudenti kellhom l-opportunità jsaqsu mistoqsijiet dwar il-ħajja personali tagħhom kif ukoll dwar silta li qralhom mill-Evanġelju dwar San Ġużepp.”
Żiedu, “Din iż-żjara saret permezz tal-inizjattiva tal-iSpiritual Development in Schools – Malta, li bħala parti minn xogħolhom, jikkoordinaw żjarat pastorali tal-isqfijiet fl-iskejjel tal-istat u dawk indipendenti.”