Jacob Portelli huwa wieħed mill-ftit li jdoqqu l-arpa f’pajjiżna, strument li huwa wieħed mill-iżjed diffiċli biex wieħed jitgħallem idoqq. Għalkemm Jacob sar rikonoxxut f’pajjiżna, issa irnexxilu jilħaq livell ieħor!
Fuq il-midja soċjali hu kiteb: “Li tkun rikonoxxut lokalment huwa onorabbli, imma li tkun rikonoxxut fuq skala dinjija jifqali moħħi! Jien grat li għamiltha fuq il-faċċata tal-Kungress Dinji tal-Arpa bil-produzzjoni ewlenija ta’ din is-sena tas-Sinfoni ta’ Bach.”
Aħna minn Gwida.mt nixtiequ nawguraw lil Jacob ta’ dan is-suċċess u nittamaw li jkompli jiġi rikonoxxut kif ħaqqu żgur.
Facebook/Harpist Jacob Portelli