Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dalgħodu wera biċ-ċar li l-attenzjoni issa ħa timxi fuq in-numru ta’ każijiet tal-Covid-19 li ddaħħlu l-isptar milli kemm instabu nies pożittivi kuljum. Huwa qal li l-“enfasi ewlenija” tal-aġġornament ta ‘kuljum li joħroġ fuq il-paġna Saħħa se jkun fuq kemm hemm nies l-isptar u kemm hemm nies li jinsabu jirċievu kura intensiva fl-ITU.
Fearne ħabbar fi tweet li llum it-Tlieta hemm 29 persuna l-isptar, bi tnejn minnhom qed jiġu kkurati fl-ITU.
The daily #saħħa Covid-19 #infographic will start placing main emphasis on covid hospitalizations and ITU admissions. Today there are 29 Covid positive patients at Mater Dei, 2 of whom are in ITU
— Chris Fearne (@chrisfearne) September 7, 2021
Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 41 każ ġdid bi 29 persuna jirkupraw mill-Covid-19 b’hekk il-każijiet attivi jitilgħu għal 722.
Ilbieraħ inqabżu wkoll it-800,00 doża ta’ vaċċin li ġie mogħti f’pajjiżna. Numru fenomenali li turi kemm pajjiżna jinsab ‘il quddiem.