L-attur Davide Tucci huwa wiċċ familjari llum il-ġurnata li m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni. Fil-fatt hu qed jiċċelebra għeluq sninu llum!
Davide huwa attur li kien parti minn produzzjonijiet popolari f’Malta kif ukoll għamel suċċessi anke barra minn xtutna fuq it-televiżjoni. Davide ħa sehem fost l-oħrajn f’sensiliet lokali bħal, Katrina, Iċ-Ċaqqufa, Division 7, Miraklu u aktar.
Apparti minn hekk rajnieh f’produzzjonijiet Taljani bħal So Tutto Di Te, u Un Passo Dal Cielo. Davide huwa persuna li anke permezz tal-kontenut li jitfa’ fuq il-midja soċjali, iwassal messaġġi sbieħ. Dal-aħħar ta sehmu anke fil-missjoni li għaddejjin biha AAA biex jagħtu ħajja aħjar lill-annimali.
Awguri minn qalbna Davide!