It-tfal maħbuba (li m’għadhomx tfal issa) mit-triloġija The Chronicles of Narnia reġgħu ngħaqdu biex jiċċelebraw l-20 anniversarju tal-ewwel film.
L-ewwel film, imsejjaħ The Chronicles of Narnia: The Lion, The Witch and The Wardrobe kien wieħed mill-aktar films ikoniċi u ta’ suċċess tas-snin 2000. Il-film ħareġ f’Diċembru tal-2005.
The Chronicles of Narnia hija serje ta’ seba’ rumanzi fantastiċi mill-awtur Brittaniku C. S. Lewis. Illustrati minn Pauline Baynes u ppubblikata oriġinarjament bejn l-1950 u l-1956, is-serje hija ambjentata fir-renju fittizju ta’ Narnia, dinja fantastika ta’ maġija, bhejjem mitiċi, u annimali li jitkellmu.
Georgie Henley (li kellha r-rwol ta’ Lucy) tellgħat ritratt ta’ riunjoni ma’ Andrew Adamson (id-direttur), William Moseley (li kellu r-rwol ta’ Peter), Anna Popplewell (li kellha r-rwol ta’ Susan), u Skandar Keynes (li kellu r-rwol ta’ Edmund) fejn ġie rikreat ritratt famuż mis-sett ta’ Narnia.