“L-Avventura Għadha Kif Bdiet” – Clive Piscopo Jiċċelebra T-Tieni Birthday Ta’ Ibnu Mikele

L-attur lokali Clive Piscopo qasam messaġġ mimli mħabba u emozzjoni fuq il-midja soċjali biex jiċċelebra t-tieni sena ta’ ibnu Mikele, post li laqat qalb ħafna minn dawk li segwewh.

Clive jiddeskrivi lil Mikele bħala “id-dawl f’ħajjitna”, tifel li minkejja l-età żgħira tiegħu diġà sar iċ-ċentru tal-familja. F’kelmiet mimlija ħajja, huwa jsemmi l-personalità vivaċi ta’ ibnu: il-kummidjant residenti tad-dar, “uragan żgħir” mimli enerġija, l-assistent ta’ Nora u l-akbar fan tal-kelb tal-familja, Pippa.



“F’sentejn snin biss, għamilt ħajjitna ħafna iktar mimlija,” jikteb Clive, filwaqt li jsemmi d-daħk, il-ħlewwa, l-innoċenza u dak il-mumenti spontanji li jagħmlu dal-vjaġġ speċjali. Huwa jiddeskrivi lil Mikele bħala taħlita sabiħa ta’ storbju u ferħ, kaos u maġija, kollox miġbur f’tifel żgħir b’qalb kbira daqs it-tbissima tiegħu.



Il-messaġġ jagħlaq b’ringrazzjament profond lejn ibnu talli mela d-dar bid-daħk, il-ġranet bil-ħajja u l-qlub bi mħabba li qabel lanqas kienu jafu li tista’ tkun daqshekk kbira. “L-avventura għadha kif bdiet,” jikteb Clive, filwaqt li jixtieq lil Mikele għeluq sninu t-tajjeb.

Il-messaġġ hu ffirmat minn “Papa’ Clive, Mummy Claire, Nora u – ovvjament – Pippa”, dettall li jkompli jenfasizza s-sens ta’ familja li ħalla dan il-post tant speċjali.



Ritratti:

Facebook / Clive Piscopo

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI