“L-Awtiżmu Mhuwiex Difett Fil-Karattru. Mhuwiex Maledukazzjoni, Nuqqas Ta’ Empatija, Jew Skuża.” – Be Holistically Healthy, MD By Dame Dr. Georgiana Farrugia Bonnici

Tfal awtistiċi

It-tabiba Dame Dr. Georgiana Farrugia Bonnici taqsam diversi pariri u informazzjoni li lkoll għandna nagħtu kas. Din id-darba Dr. Georgiana qasmet messaġġ dwar l-awtiżmu u l-perspettiva żbaljata li ħafna nies ikollhom.

“L-awtiżmu mhuwiex difett fil-karattru. Mhuwiex maledukazzjoni, nuqqas ta’ empatija, jew skuża. U ċertament mhuwiex xi ħaġa li tista’ tivvaluta fi ftit sekondi ta’ osservazzjoni. L-awtiżmu huwa kundizzjoni newro-żviluppali li taffettwa kif persuna tipproċessa l-input sensorju, tikkomunika, tissoċjalizza, u tlaħħaq mal-bidla.”

Kull individwu bl-awtiżmu huwa każ separat, u qatt m’għandek tiġġudika. Jista’ jkollok tifel bl-awtiżmu li jitkellem b’mod fluwenti. Taf tiltaqa’ ma’ tifla bl-awtiżmu li taġixxi b’mod indipendenti. Hemm persuni bl-awtiżmu li l-kundizzjoni ma tkunx esposta.

“Li tiġġudika mingħajr ma tifhem jikkawża ħsara. Iwassal għal stigma, esklużjoni, dijanjosi mdewma, burnout, ansjetà, u dipressjoni.”

Prosit kbira Dr. Georgiana għal din l-ispjega.li ħafna għandhom bżonn jisimgħu u jifhmu.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI