L-Awtorità Tal-Bini U L-Kostruzzjoni B’Appell Biex Jittieħdu Prekawzjonijiet

Minħabba li tħabbret twissija meteroliġika safra, l-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) fakkret li għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet meħtieġa.



Huma kitbu, “L-Awtorità tal-Bini u l-Kostruzzjoni (BCA) qed tirreferi għat-Twissija Meteoroloġika Safra maħruġa mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili għall-Gżejjer Maltin għal nhar it-Tnejn, 26 ta’ Jannar, fejn huma mistennija kundizzjonijiet tat-temp li jeħtieġu miżuri ta’ prekawzjoni, inklużi irjieħ b’buffuri qawwija li jistgħu jilħqu Forza 7, baħar imqalleb u ħalbiet tax-xita.”



Żiedu jgħidu, “Fid-dawl ta’ din it-twissija, il-BCA tfakkar lill-kuntratturi, żviluppaturi, maniġers tas-siti u lill-operaturi kollha fis-settur tal-kostruzzjoni bl-obbligu tagħhom li jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jiġi ssalvagwardjat is-sigurtà tal-ħaddiema, tal-pubbliku u tal-proprjetajiet tat-terzi.”

L-operaturi huma mitluba

•⁠  ⁠Ineħħu materjal, tagħmir, partijiet ta’ scaffolding u strutturi temporanji li jistgħu jinġarru mir-riħ

•⁠  ⁠Jiżguraw li cranes, tagħmir ta’ rfigħ u strutturi temporanji jkunu siguri

•⁠  ⁠Jevalwaw kontinwament il-kundizzjonijiet tas-sit u jwaqqfu x-xogħlijiet meta t-temp ikun ta’ riskju

•⁠  ⁠Jiżguraw superviżjoni adegwata u konformità mar-rekwiżiti

 Il-BCA se tkompli ssegwi mill-qrib l-andament tas-sitwazzjoni u l-operaturi huma mħeġġa jibqgħu viġilanti u jsegwu l-aġġornamenti li se jkunu qegħdin ikomplu jinħarġu skont il-ħtieġa.

Għall-aktar informazzjoni jew għal assistenza tistà ċċempel fuq il-helpline 138.



Ritratti:

Facebook / Building and Construction Authority

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI