L-Arċisqof Malti ġewwa l-Albanija l-E.T. George Frendo ta’ 74 sena jinsab rikoverat ġewwa l-isptar wara li rriżulta pożittiv għall-Covid-19.
Il-kundizzjoni tiegħu ġiet irrappurtata minn Times of Malta li hi kritika u jidher li jinsab marid minħabba li għandu anke xi kumplikazzjonijiet respiratorji. Hu qed jingħata l-kura kolla possibbli biex il-kundizzjoni tiegħu ma tiggravax u taqleb għall-aħjar.
Bħalissa fl-Albanija għandha numru għoli ta’ każijiet; f’Novembru biss qabżu t-13,000 każ attiv. Nitolbu għall-Isqof Frendo u nżommuh fi ħsibijietna.
Nixtiqulek fejqan ta’ malajr Eċċellenza!