L-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna Llum Jiċċelebra L-11-Il Anniversarju Mill-Ingress Solenni Tiegħu

Il-Parroċċa San Sebastjan awgurat lill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna għaliex illum huwa anniversarju speċjali għalih.

Kitbulu, “Il-Parroċċa tifraħ u tawgura lill-E.T. Mons. Arċisqof Charles J. Scicluna li llum jiċċelebra l-11-il anniversarju mill-Ingress Solenni tiegħu fil-Katidral tal-Imdina bħala Arċisqof u mexxej tal-Knisja f’Malta.”

Żiedu jgħidu, “Filwaqt li nifirħu miegħu u nawgurawlu, inkomplu nżommuh fit-talb tagħna biex il-Mulej iħarsu fil-missjoni tiegħu li jwassal u jgħallem il-Kelma tal-Evanġelju ħalli bħar-Ragħaj it-Tajjeb jibqa’ jagħti ħajtu għall-merħla tiegħu. Ad Multos Annos!”



Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nifirħulu f’din il-ġurnata speċjali u nirringrazzjawh tal-ġid kollu li għamel fil-komunita` kattolika.





Ritratti:

Facebook / Parroċċa San Sebastjan – St Sebastian Parish – Qormi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI