“L-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Iltaqa’ Ma’ Grupp Kbir Ta’ Adolexxenti Li Din Is-Sena Se Jirċievu S-Sagrament Tal-Griżma” – Christ The King Basilica Paola

L-adoloxxenti li se jagħmlu l-Grizma din is-sena kellhom laqgħa mal-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta fil-Bazilika ta’ Kristu Re. Il-paġna tal-Facebook Christ the King Basilica Paola, Malta kitbet dwar dan.

“Ilbieraħ filgħaxija, l-E.T. Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta, iltaqa’ ma’ grupp kbir ta’ adolexxenti li din is-sena se jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof. Din il-laqgħa saret fil-Bażilika ta’ Kristu Re, fejn attendew numru kbir ta’ żgħażagħ minn diversi parroċċi li bħalissa qegħdin jippreparaw ruħhom biex jirċievu dan is-sagrament importanti fil-mixja tagħhom fil-ħajja Nisranija,” huma kitbu.

“Il-laqgħa ġiet organizzata mill-Lifelong Catechesis bħala parti mill-formazzjoni kontinwa li tingħata lil dawk li qegħdin jippreparaw ruħhom għall-Griżma. Matul il-laqgħa, l-Arċisqof tkellem maż-żgħażagħ dwar it-tifsira u l-importanza tas-Sagrament tal-Griżma, filwaqt li ħeġġiġhom biex isaħħu r-relazzjoni tagħhom ma’ Ġesù u jibqgħu membri attivi fil-komunità tal-Knisja.”







Ritratti:

Facebook / Christ the King Basilica Paola, Malta

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI