It-tieni kontestant kien Drew minn Scotland li waqt l-intervista qal minnufih lki għadu ftit hungover mil-lejl ta’ qabel, hekk kif jidher li kellu xi lejla divertenti! Ilu jgħix Malta għal 4 snin. Drew kanta l-kanzunetta moderna Castle on a Hill ta’ Ed Sceeren.
Il-kummenti;
Il-ġurija kollha kemm huma għoġobhom it-timbru ta’ Drew u waqt il-prestazzjoni qalu li ħadu gost immens. Filippa kienet pronta tkellmet ma’ Drew bl-aċċent Skoċċiż u kellha kummenti sbieħ kemm fuq il-vuċi kif ukoll fuq l-għażla tal-kanzunetta.
Il-ġurija ħadu grazzja ma’ Dru milli jidher! Kemm bil-karattru u kemm it-talent tiegħu. Drew irċieva erba’ IVA, u għaldaqstant għadda għal Bootcamp!