"L-Edukazzjoni Sesswali Ma Tħeġġiġx Lit-Tfal Biex Jagħmlu s-Sess.." – X'inhu L-Inkwiet Ta' Xi Ġenituri Dwar Dan?

Ħafna persuni l-aktar ġenituri għad għandhom biża’ mill-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel għat-tfal. Hawn min iħoss li ma jrid isemmi xejn quddiem uliedhom dwar dan is-suġġett biex ma jinfluwenzax b’mod ħażin, u din hi għażla għal kull ġenitur. Madankollu, li ma taqbilx li fl-iskejjel dan is-suġġett jiġi mgħallem, mhux raġunata b’mod tajjeb.

Professjonisti kitbu fuq il-midja soċjali li l-edukazzjoni sesswali, il-kontraċezzjoni (inkluż il-kontraċezzjoni ta’ emerġenza), u l-abort legali kollha għandhom irwol biex iżommu lin-nies siguri u b’saħħithom, u kollha huma essenzjali. L-edukazzjoni sesswali ma teġġiġx lit-tfal biex jagħmlu s-sess, iżda tinkoraġġixxi prattiċi sesswali siguri u tnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet u tqala mhux f’waqtha.

Il-paġna Doctors for Choice Malta jitkellem dwar kif il-kontraċezzjoni hija dak li jgħin għal sess sigur, u jnaqqas ir-riskju ta’ infezzjonijiet u tqala mhux pjanata. Tkun xi tkun l-opinjoni dwar dawn il-fatturi, l-edukazzjoni sesswali fl-iskejjel tibqa’ fost l-essenzjali għal saħħa sesswali u riproduttiva tajba tat-tfal meta jitfarfru.





Facebook/ Wahengbam Denial



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI