Fl-aħħar sigħat, ħalliena Edward Cuschieri, li serva bħala kunsillier fi ħdan il-Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema.
Fuq il-paġna tal-Kunsill Lokali, il-kunsilliera sellmu l-memorja tiegħu.
Kienu bosta dawk li kkummentaw u taw il-kondoljanzi tagħhom lill-qraba tiegħu. Waħda mill-kummentaturi kitbet, “Int kont vera raġel ta’ rispett.”
Aħna ningħaqdu ma’ dawn in-nies biex nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja ta’ Cuschieri. Strieħ fis-sliem.
Facebook / Tas-Sliema Local Council